Lokali

Aktar reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Marisa Xuereb waqt li kienet intervista fil-programm Net Live spjegat li llum il-ġurnata għandek negozji Maltin li qed joperaw spalla ma’ spalla fis-suq lokali ma’ negozji barranin, u r-rata ta’ taxxa hija differenti ħafna. U allura in-negozjanti Maltin qed iħossu li m’hemmx level playing field. Xi haga li qed jitkellem b’sahha fuqha anke l-Partit Nazzjonalista.

Din kienet reazzjoni pożittiva oħra rigward il-proposti tat-taxxa li qed iressaq ‘il quddiem il-PN.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-PN saħaq li  huwa kommess li jaħdem sabiex ikun hemm aktar opportunitajiet għan-negozji u aktar investiment li jissarraf f’xogħol ta’ kwalità għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech irid li jkun hemm sistema ta’ taxxa aktar ġusta sabiex in-negozji Maltin ma jkunux żvantaġġjati. 

Dwar dan, Il-Kamra tal-Kummerċ ukoll irrakkomandat li jiġi rivedut il-qafas legali tat-taxxa applikabbli għall-kumpaniji sabiex in-negozji lokali jkunu megħjuna biex ikunu aktar kompetittivi fl-ambjent globalizzat li joperaw fih.