Sport Sport Ieħor

Fi tmiem il-ġimgħa jirritornaw l-attivitajiet organizzati tal-ASMK

(Ritratt: Mario Micallef)

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se terġa tibda torganizza l-attivitajiet sportivi bir-risterezzjonijiet hekk kif imħabbra mill-Awtoritajiet tas-saħħa. Nhar is-Sibt li ġej 15 ta’ Mejju 2021 issir il-ħames attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2020/2021 l-attivita ssir fil-Kumpless tal-ASMK f’Ta’Qali u tibda 4:00pm.

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju l-Assoċjazzjoni ser toganizza ir-raba attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2020/2021 b’attivita ser issir fil-Barriera ix-Xagħra tal-Magħlaq Limiti ta Siġġiewi, b’attivita tibda 10:00am.

Ħarsa ħafifa lejn il-klassifika Motocross wara l-aħħar attivita li saret f’Jannar li għadda fejn fil-Kmapjonat Nazzjonali Honda Motocross insibu lil Kyle Camilleri fuq KTM jilidja il-klassifika b’197 punt segwiet min Paul Muscat fuq Yamaha b’169 punt u Melvin Borg fuq Kawasaki b’138 punt.

Fil-Motocross Class B naraw lil Etienne Caruana fuq Honda b’165 punt fuq quddiem segwiet min James Mamo fuq Yamaha b’156 punt u Krist Falzon fuq Husqvarna b’131 punt.

Fil-Motocross Veterans naraw lil Paul Deguara fuq KTM jilidja din il-klassi b’189 punt segwiet min William Sant fuq Honda b’170 punt u Arthur Micallef fuq Sherco b’169 punt.

Fil-Motocross Youths naraw lil Biurien Grima fuq KTM jiddomina din il-klassi b’100 punt segwiet min Liam Borg fuq KTM b’88 punt, fit-tielet post bħalissa nara lil Marco Tanti u Aiden Galea it-tnejn fuq muturi KTM b’76 punt kull wieħed.

Fil-Motocross Junior naraw lil l-aħwa Azzopardi jiddominaw din il-klassi fejn Jose fuq KTM jinsab jilidja b’100 punt segwiet min Jack fuq KTM u Argyle Scerri Simonini fuq Kawasaki b’44 punt kull wieħed filwaqt li fit-tietlet post insibu Shawn Galea Xuereb fuq Kawasaki b’40 punt.

Intant ħarsa ħafifa lejn il-klassifika mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro naraw lil Bernard Sammut fuq mutur Beta qed jilidja il-klassifika b’60 punt segwiet min Matthew Gauci fuq TM b’49 punt u Joseph Scicluna fuq KTM b’41 punt, fir-raba post naraw lil Aiden Camilleri fuq Husqvarna b’34 punt.