Lokali

Galdes jammetti li s-sidien ‘mhux jieħdu gost’

Liġi li tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Liġi fejn il-Gvern innifsu qed jitlob iktar ħlas milli qed jitlob il-privat.

Liġi fejn il-budget allokat għas-sussidju tal-kera huwa wieħed baxx ħafna. Fejn il-proċess ta’ kif se jsir l-iskrutinju u l-valutazzjoni tal-proprjeta għadu mhux ċar.

Dawn huma biss ftit mir-reazzjonijiet li harget l-Assoċazzjoni Maltija tas-Sidien tal-Proprjeta, wara li l-Gvern ressaq il-liġi dwar il-kirjiet.

Din l-Assoċazzjoni twaqqfet ftit tal-ġimgħat ilu bil-għan li jkun hemm ġustizzja u bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien u min jikri.

Affaċjat mill-mistoqsijiet ta’ Net News dwar il-kritika li kellu minn din l-assoċjazzjoni, il-Ministru Roderick Galdes qal li l-Gvern se jibqa’ ghaddej b’din il-liġi… għax fi kliem sempliċi… ma tistax tikkuntenta lil kulħadd.

L-Oppożizzjoni resqet l-emendi tagħha ghal dan l-abbozz li se jemenda l-Liġi tal-Kirjiet, iżda l-Gvern Laburista għażel li bilkemm jagħti każ dawn l-emendi u jibqa’ għaddej bil-liġi kif proposta minnu.