Futbol Sport

Gianluigi Buffon se jħalli lil Juventus fi tmiem l-istaġun

Il-goalkeeper Taljan Gianluigi Buffon ħabbar li fi tmiem l-istaġun se jkun qed iħalli lil Juventus b’mod definit, iżda ma eskludiex li jekk isib opportunità fejn iħossu motivat ikompli jilgħab.

Buffon li għandu 43 sena irritorna ma’ Juventus wara li fl-istaġun 2018/19 kien mar ma’ PSG fi Franza. “Naħseb li tgħajt kollox lil Juventus u huma tagħwni kollox, wasal il-mument li dan iċ-ċiklu jintemm”, żied jgħid Buffon.

Fis-Serie A Buffon lagħab 656 partita u huwa wkoll it-tieni l-aktar player fl-istorja tal-club ta’ Juventus li lagħab mat-tim wara Alessandro Del Piero. Fl-aħħar staġun Buffon kien il-goalkeeper ta’ riserva għal Wojech Szczesny. Gianluigi Buffon rebaħ kull unur possibli fil-karriera tiegħu bħala goalkeeper hekk kif lagħab ukoll 176 darba mat-tim nazzjonali Taljan fejn rebaħ ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-2006.