Lokali

FILMAT: Grupp ta’ immigranti jiddaħħal pajjiżna

Għall-ħabta ta’ nofsinhar, grupp ta’ madwar 70 immigrant iddaħħal fix-Xatt tal-Isla wara li dawn ġew salvati mill-AFM aktar kmieni matul il-lejl.

Mhux magħruf eżatt in-nazzjonalità tal-persuni li ġew salvati.

L-immigranti qed jinzammu f’detenzjoni, u ghaddejjin aktar investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija.

Bħalissa, il-baħar l-Mediterran qed jaffaċċja mewġa wara l-oħra ta’ vjaġġi klandestini, b’mijiet jaslu fit-territorju Taljan. Qed ikun imbassar li dawn il-wasliet se jissoktaw fil-ġranet li ġejjin, bil-pressjoni tkompli tikber anki fuq il-Gvern Malti.

Ara x’xandira fuq Facebook hawnhekk.