Lokali Parlament

Il-gvern għandu jiddedika riżorsi għar-riforma fil-ġustizzja

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis apeplla lill-gvern biex jekk irid iwettaq riforma fis-sitema ġudizzjarja għandu jinvesti ammonti neċessarji u juri impenn lejn l-istess riforma.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li l-emendi proposti se jagħtu iktar diskrezzjoni lill-ġudikanti fl-applikazzjoni tal-provedimenti dwar il-libertà proviżorja u l-konfiska tad-depożitu li jkun sar.

Hu qal li ma kienx hemm bżonn li tingħata sentenza minn Qorti fi Strasburgu għaliex għandha ssir riforma anki fil-kuntest tar-rwol il-ġdid tal-Avukat Ġenerali biex jitnaqqas id-dewmien fil-qorti.

Ma jagħmilx sens li kawża ddum sitt ġimgat biex l-Avukat Ġenerali jara l-kawża meta dan se jkun il-qorti biex jagħmel il-prosekuzzjoni flimkien mal-pulizija.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż ma jistax jibqa’ fuq il-mudell Ingliż u sostna li hemm dedikazzjoni kbira mill-ġudikanti Maltin. Malta għndha l-inqas ammont ta’ ġudikanti skont il-popolazzjoni bil-konswegenza li l-ġudikanti huma mgħobbija b’ħafna kawżi. Minkejja dan ix-xogħol qed jiżdied iżda mhux qed ikun hemm żieda fil-ġudikanti jew żieda fir-riżorsi meħtieġa.

L-ebda riforma fil-ġustizzja ma tista ssir jekk ma jiddedikax riżorsi, sostna Joe Ellis, li kkkritika lill-gevrn għall-fatt li għadu ma speċifikax il-pjan ta’ reżiljenza.

Il-gvern għadu ma pprżentax dan il-pjan lill-UE u għalhekk mhux se jkun eliġibbli għall-fondi mill-ewwel gruppi; kif għamlu pajjiżi oħra. L-Italja diġà ppreżentat dan il-pjan u sa Lulju se tkun qed tirċievi l-fondi. L-Italja se jiddedikaw €3 biljuni għall-ġustizzja biex iżidu l-effiċjenza, jitjieb il-bini tal-qrati u biex jitnaqqsu ż-żminijiet notorji.

Fl-20 ta’ April 2021, il-parlament ta l-kunses għall-Att dwar ir-riforma tal-professjoni legali iżda l-għada f’kumitat kienu ppreżentati 15-il klawsola, seba’ mintui qabel il-kumitat li se jħassar dak li twettaq fil-parlament.