Sport Sport Ieħor

Joe Dombrowski jirbaħ ir-raba’ stadju tal-Giro D’Italia

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista Amerikan Joe Dombrowski rebaħ ir-raba’ stadju tal-Giro d’Italia li sar fuq distanza ta’ 187km f’Sestola fin-naħa ta’ fuq tal-Appenini. It-Taljan Alessandro De Marchi minkejja li tilef l-ewwle stadju xorta żamm il-flokk ir-roża hekk kif irnexxielu jtemm fit-tieni post. Fit-tielet post temm it-Taljan Filippo Fiorelli.

Fil-klassifika ġenerali, De Marchi jibqa’ fl-ewwel post u segwit minn Dombrowski. Louis Vervake jinsab fit-tielet post bl-istadju li jmiss isir bejn Rimini u Pesaro fuq distanza ta’ 177 km.