Lokali Qorti

Keith Schembri jiddaħħal l-Isptar

Dalgħodu Keith Schembri kien mistenni jattendi l-Qorti

L-eks Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri, iddaħħal l-Isptar għall-kura hekk kif illum kien mistenni li jitla’ jixhed il-Qorti. Dan hekk kif Schembri qed jaffaċċja diversi akkużi fosthom ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

F’kummenti li ta lill-media ftit tal-ħin ilu, l-Avukat tiegħu Edward Gatt qal li Schembri kellu jittieħed l-Isptar sabiex jingħata iktar kura. Huwa appella lil kulħadd sabiex jitrarattaw lilu u lill-familjari tiegħu b’dinjità.