Atletika Sport

L-atleti Maltin iwaqqfu records fil-Kroazja u Sqallija

L-atleti Maltin kellhom tmiem il-ġimgħa mill-aqwa bi prestazzjonijiet tajbin f’komptizzjonijiet li nżammu fi Split fil-Kroazja u f’Palermo fi Sqalli fejn fihom twaqqfu wkoll għadd ta’ records nazzjonali.

Fil-European Throwing Cup li nżammet fi Split fil-Kroazja, Mireya Cassar li kienet qed tikkompeti fil-Hammer Throw ta’ taħt it-23 sena, waqqfet record fil-kategorija tagħha f’din il-kompetizzjoni. It-throw tagħha li kienet ta’ 45.04m kienet żewġ metri inqas minn record nazzjonali. L-atleti Luca Farrugia, Bradley Mifsud u Luca Martini wkoll kellhom prestazzjonijiet tajbin.

Fil-Palermo Grand Prix li nżamm fi Sqallija, grazzi għall-ftehim bejn Athletics Malta u l-FIDAL, pajjiżna bagħat tmien atleti sabiex ikompli bil-preparazzjonijiet tagħhom għal aktar avvenimenti internazzjonali.

L-atleta ta’ Pembroke Daniel Saliba, waqqaf record nazzjonal fil-110m hurdles, filwaqt li Carla Scicluna rebħet il-200m u l-100m, fejn bil-200m kwalifikat għall-Kompetizzjonijiet Ewropej ta’ taħt it-23 sena li se jsiru f’Bergen fin-Norveġja.

Fl-istess kompetizzjoni se tieħu sehem Claire Azzopardi ta’ Pembroke hekk kif rebħet il-long jump. L-atleti Steve Camilleri, Sean Spiteri u Martha Spiteri rebħu l-100m, 200m u l-400m. Dillon Cassar ta’ Mellieħa rebaħ l-5,000 hekk kif kompla bit-tħejjijiet tiegħu għall-European Atheltics 10,000m Cup li se ssir f’Birmingham.

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, aktar atleti Maltin se jkunu qed iħallu pajjiżna sabiex jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet organizzatti fl-Awstrija u l-Italja