Net News illum kellu l-opportunità li jsaqsi dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-carers f’pajjiżna, bil-Gvern għadu ma ħabbar l-ebda aġġornamenti fuq meta se jiltaqa’ mal-carers u jsolvi l-inġustizzji li qed isofru. Infatti il-Ministru Michael Farrugia farfar kollox fuq il-Ministeru tas-Saħħa.
“Jien infurmat li jekk ikun hemm diskussjonijiet isiru bejn id-Dipartiment tas-saħħa u r-rappreżentati tal-Carers fejn hemmhekk jekk isiru diskussjonijiet isiru f’dak il-livell”
Huwa tefa’ r-responsabbiltà fuq il-union li qed tirrapreżenta lil dawn il-ħaddiema.
“Sa fejn naf jien huma rappreżentati mill-Union tagħhom”
Din l-isfida ilha għaddejja għal numru ta’ ġimgħat bil-Gvern evidenti li ftit li xejn qed jagħmel hiltu biex isolvi din il-problema – sitwazzjoni li żviluppat dwar il-ftehim kollettiv tal-carers, biex jitneħħew l-inġustizzji.
//= $special ?>