Futbol Sport

Manchester City huma ċ-champions tal-Premier League għall-istaġun 2020/21

Manchester City huma ċ-champions tal-Premier League għall-istaġun 2020/21 hekk kif Leicester għelbu lil Manchester United 2-1, biex b’hekk Man City matematikament ma jistgħux jintlaħqu f’ras il-klassifika.

Għal Man City din hija il-ħames darba fl-aħħar għaxar snin fejn rebħu l-Premier League, bi tlieta minnhom jaslu fl-aħħar arba’ snin, taħt it-tmexxija tal-Ispanjol Pep Guardiola. Man City huma matematikament champions hekk kif jinsabu fl-ewwel post bi 80 punt, b’Manchester United fit-tieni post b’70 punt, hekk kif fadal biss tliet partiti għat-tmiem tal-Premier League. Man City rebħu 25 partita matul l-istaġun fejn ġew draw f’ħames partiti kif ukoll tilfu ħames darbiet.