Futbol Sport

Napoli momentarjament fit-tieni post

(Ritratt: EPA)

Tkompli s-serje pożittiva ta’ Napoli b’rebħa oħra ta’ 5-1 fuq Udinese, li permezz tagħha telgħu fit-tieni post fil-klassifika bi 73 punt b’ Udinese jibqgħu komdi fit-tnax il-post b’40 punt daqs Bologna. B’Napoli fuq l-offensiva fid-29 minuta meritatament marru fil-vantaġġ. Gowl minn PIOTR ZIELINSKI li għeleb lil Juan Musso għal 1–0 .
Żewġ minuti wara minn azzjoni tal-istess Zielinski kien FABIAN li mill-ġdid għeleb lil Musso għat-2–0 . Minkejja żvantaġġ doppju, Udinese wettqu reazzjoni tant li fil-41 minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ STEFANO OKAKA CHUKA li minn azzjoni ta’ Rodrigo de Paul għeleb lil Alex Meret bl-ewwel taqsima tintemm 2 – 1. Fis-56 minuta. Żball minn Juan Musso, approfitta HIRVING LOZANO li ma kellu ebda problema u għamel l-iskor 3– 1 . Napoli komplew jiddominaw u fis-66 minuta għamlu l-iskor 4 –1.

Minn corner, Musso salva t-daqqa ta’ ras ta’ Manolas, daħal għar-rebound GIOVANNI DI LORENZO li ma falliex. Bil-partita magħluqa fid-90 minuta kien LORENZO INSIGNE li approfitta minn clearance tad-difiza fuq tentattiv ta’ Politano sabiex b’xitt mill-ewwel għeleb lil Musso għal 5-1.

SERIE A
Illum:
Napoli v Udinese 5-1 Għada: Cagliari v Fiorentina 6.30pm, Atalanta v Benevento 8.45pm, Bologna v Genoa 8.45pm, Inter v Roma 8.45pm, Lazio v Parma 8.45pm, Sampdoria v Spezia 8.45pm, Sassuolo v Juventus 8.45pm, Torino v Milan 8.45pm Il-Ħamis: Crotone v Verona 8.45pm