Futbol Sport

Rebħiet għal Leicester u Southampton

(Ritratt: EPA)

F’ Old Trafford b’tim kompletament mibdul, Manchester United kien megħluba f’darhom minn Leicester City 2-1. It-tim ta’ Brendan Rodgers fetaħ l-iskor wara 10 minuti meta minn cross ta’ Yuri Tielemans kien LUKE THOMAS li kkonkluda fir-rokna tax-xibka. Ir-reazzjoni ta’ Manchester United waslet ħames minuti wara meta minn azzjoni personali MASON GREENWOOD ikkonkluda fil-baxx għal 1-1. Il-gowl deċiżiv wasal fis-66 minuta meta minn corner ta’ Marc Albrighton, kien CAGLAR SOYUNCU li bir-ras kkonkluda għal 2-1.

Fis-St. Marys’ Stadium, Southampton rkupraw minn gowl kmieni meta għelbu lil Crystal Palace 3-1. CHRISTIAN BENTEKE fetaħ l-iskor wara biss żewġ minuti meta kkonkluda wara li qabeż numru ta’ players. Southampton ġabu l-iskor indaqs fid-19-il minuta permezz ta’ DANNY INGS. Fil-41 minuta l-captain ta’ Crystal Palace, Luke Milivojevic kellu l-penalty tiegħu salvat. Fit-tieni taqsima, Southampton ħarġu fuq l-offensiva u marru fil-vantaġġ fit-48 minuta meta minn cross fil-baxx ta’ Stuart Armstrong, kien CHE ADAMS li kkonkluda mill-viċin għal 2-1. It-tim ta’ Ralph Hasenhuettl aċċerta mit-tliet punti kwarta mit-tmiem meta minn pass ta’ Adams, kien DANNY INGS li skorja t-tieni gowl personali tiegħu u t-tielet wieħed għal Southampton.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Man Utd v Leicester 1-2, Southampton v C. Palace Għada: Chelsea v Arsenal 9.15pm Il-Ħamis: Aston Villa v Everton 7.00pm, Man Utd v Liverpool 9.15pm