Lokali Qorti

Seba’ xhur ħabs fuq pusses ta’ mobajl misruq minn knisja fil-Ħamrun

Raġel homeless bi problema akuta’ ta’ droga ġie kundannat seba’ xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess ta ’mowbajl misruq. Omar Emara ta’ 23 sena nstab ħati mill-maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li kien immaniġġa oġġetti misruqa wara li nstab smartphone valur ta’ €300 tal-marka Huwawei misruq fil-pussess tiegħu. Il-Qorti qalet li r-raġel m a tagħax spjegazzjoni ċara minn fejn ġab il-mobile, li nsteraq minn knisja fil-Ħamrun.

L-Ispettur Andy Rotin mill-għassa tal-Ħamrun qal lill-qorti li r-raġel kien qal li xtara l-oġġett mingħand parti terza, li kienet identifikata lmll-pulizija. It-telefon ingħata lura lis-sid leġittimu tiegħu. Emara, li qal lill-qorti li jaħdem bħala cleaner, ġie arrestat wara li allegatament tefa’ ġebel fuq propjetà privata u nstab it-telefon misruq fil-pussess tiegħu.

Huwa nstab ħati li għamel użu minn oġġetti misruqa u li għamel dan wara li nstab ħati li fil-passat kien ukoll involut f’ oġġetti misruqa. Ir-raġel kien qed għal xi żmien qed jirrisjedi f’ħostel iżda reġa’ spiċċa fit-triq għax spiċċa bll-flus. Il-każ kien jittratta fuq reat ta’ ricettazzjoni milli-mputat fejn wara rapport tfajla li gie misruq it-telefon cellulari taghha mill-knisja tad-Duluri fil-Ħamrun fil-hamsa 5 ta’ Dicembru 2020 u li fejn gie sussegwentement misjub fil-pussess tal-imputat.

Mix-xhieda tal-kuntistabbli Damian Mc Kay ħareg illi fis-6 ta’ Dicembru 2020 ġew infurmati li fit-Triq is-Sur ta’ Santa Barbara, l-Belt, kien hemm persuna li kienet qed tigi mizmuma mill-Assistent Kummissarju Stephen Gatt li beda jitfa’ xi ġebel minn fuq is-sur, ju li din il-persuna kienet Omar Emara.

Wara li saritlu tfittxija rrizulta illi fil-ġakketta kellu telefon cellulari tal-ghamla Honor Y fejn wara li ntalab jagħti spjegazzjoni qal illi kien xtrah ghall-ammont ta’ €70 minn x’inkien fil-Ħamrun. Huwa jgħid ukoll illi wara tfittxija li għamel sar jaf li dan it-telefon kien ġie misruq.

Il-Qorti qalet li b’xi mod l-imputat irrefera għall-persuna li setgħet biegħietlu dan il-mobajl li din il-persuna tista’ tkun waħda fittizzja, u dan għaliex l-iskuża tal-imputat ma tistax titwemmen għaliex iċ-ċirkostanzi minnu deskritti żgur huma tali li kellhom iqajjmu suspett dwar min fejn ġie il-mobajl.

Fil-fatt huwa qal li din il-persuna dejjem tkun qed tbiegħ affarijiet fuq l-idejn. Għaldaqstant peress li ma tax
spjegazzjoni kredibbli ta’ kif kellu fil-pussess tiegħu tali mobajl, il-Qorti qalet li hija tal-fehma li l-imputat għandu jinstab hati tal-akkuża li laqaż għand ħwejjeġ misruqa.

Rigward piena l-Qorti ħadet konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni kaotika tal-imputat li għal diversi snin huwa l-anqas biss kellu indirizz fiss ta’ residenza u minħabba l-problema akuta tad-droga li ċertament irid jindirizza minn ambjent restrittiv. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li l-imputat sar reċidiv.