Futbol Sport

West Ham x’aktarx jitilfu lil Lingard fuq is-salarju bl-attakkant mistenni lura f’Old Trafford

West Ham jistgħu jitilfu ċ-ċans li jiffirmaw lil Jesse Lingard fuq bażi permanenti mingħand Manchester United dan is-sajf, bil-Hammers jitħabtu biex jimpenjaw ruħhom għat-talbiet fuq salarju ta’ £100,000 fil-ġimgħa għall-istilla li jinsab magħhom b’self. Issa kollox jifher li l-attakkant se jirritorna f’Old Trafford għall-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu.

Jesse Lingard jista’ jibda l-istaġun li ġej lura ma’ Manchester United minħabba li West Ham mhumiex ċerti jistgħux jsibu l-fondi biex jiffirmawh fuq ftehim permanenti. Il-perjodu ta’ self tal-attakkant Ingliż fil-London Stadium kien wieħed mill-istejjerpożiitivi ta’ l-istaġun, fejn il-forma ta’ Lingard wasslet lill-Hammers biex ikunu fit-taqtiegħa għall-post fl- Ewropa.

Iżda bid-dħul finanzjarju ta’ West Ham jonqos minħabba il-pandemija, il-klabb ma jistax jimpenja ruħu għat-talbiet tal-plejer għal kuntratt ta’ erba’ snin li jiswa aktar minn £100,000 fil-ġimgħa. Lingard ma lagħabx minuta waħda għal United fil-Premier League matul l-ewwel nofs tal-istaġun iżda kien rivelazzjoni minn mindu ngħaqad ma’ West Ham f’Jannar, fejn skorja disa’ gowls fi 13-il dehra biex ikun assigurat ritorn sorpriż fl-iskwadra Ingliża.

Il-plejer ta’ 28 sena lagħab il-partiti kollha ta’ kwalifikazzjonio għal-Ingilterra għat-Tazza tad-Dinja f’Marzu – kontra San Marino, l-Albanija u l-Polonja – u mistenni jerġa’ jiġi mgħajjat fl-iskwadra ta’ Gareth Southgate għall-Kampjonat Ewropew, minkejja kompetizzjoni intensa fost diversi attakkanti.

Il-Manager tal-West Ham David Moyes, li ħadem ukoll ma’ Lingard ma’ Manchester United, kellu sehem integrali biex jerġa’ jagħti l-ħajja lill-karriera tiegħu u huwa jinsab ħerqan li jiffirmah b’mod permanenti. Iżda ftehim ġdid mal-plejer mhuwiex faċli u ċar.

B’West Ham jirreġistraw telf ta ’£65 miljun l-istaġun li għadda u daqqa finanzjarja akbar li għandu jsegwi għal din il-kampanja, il-klabb qed isibha diffiċli li jikkommetti r-riżorsi sinifikanti għal kuntratt fit-tul – għall-inqas sakemm jirċievu aktar ċarezza mill-Gvern dwar ir-ritorn partitarji l-istaġun li ġej.

Michail Antonio ffirma estensjoni tal-kuntratt sal-2023 qabel il-Milied, iżda n-negozjati l-oħra kollha tal-kuntratt mal-plejers ġew posposti. Moyes huwa wkoll mistenni li jiffirma kuntratt ġdid f’xi punt wara li jkun beda għażla għal 12-il xahar ieħor biex ikopri l-istaġun li ġej, iżda skont il-media Ingliża fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, dak il-ftehim ġie miżmum ukoll minħabba l-inċertezza finanzjarja tal-Hammers.

Lingard kiseb ħafna interess minn klabbs oħra wara tal-wirjiet stupendi tiegħu, iżda l-biċċa l-kbira tal-klabbs jinsabu f’qagħda finanzjarja simili għal West Ham, allura jista’ jkun lil-plejer se jkollu jirritorna Manchester għall-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu ma’ United.