Fadal biss xahar biex jingħata bidu għall-EURO 2020, edizzjoni li kellha ssir fis-sajf li għadda iżda minħabba l-pandemija tal-COVID-19 bħal ħafna avvenimenti sportivi oħra ġiet posposta.
L-EURO 2020 hija s-16-il edizzjoni u se ssir mill-11 ta’ Ġunju sal-11 ta’ Lulju madwar għadd ta’ ibliet Ewropej, fejn jiddependi wkoll mir-restrizzjonijiet li se jkunu fis-seħħ f’dawn l-ibliet. Fost il-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni hemm l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Portugall.
Matul dan ix-xahar, Net News u Net Television se jkunu qed iżżomukhom aġġornati b’dak kollu li se jkun qed jiġri matul l-EURO 2020.
EURO 2020
Fażi tal-Gruppi: Grupp A: 11/06 Turkija v Italja 9.00pm, 12/06 Wales v Żvizzera 3.00pm, 16/06 Turkija v Wales 6.00pm, 16/06 Italja v Żvizzera 9.00pm, 20/06 Italja v Wales 6.00pm, 20/06 Żvizzera v Turkija 6.00pm Grupp B: 12/06 Danimarka v Fillandja 6.00pm, 12/06 Belġju v Russja 9.00pm, 16/06 Fillandja v Russja 3.00pm, 17/06 Danimarka v Belġju 6.00pm, 21/06 Fillandja v Belġju 9.00pm, 21/06 Russja v Danimarka 9.00pm Grupp Ċ: 13/06 Awstrija v Maċedonja 6.00pm, 13/06 Olanda v Ukranja 9.00pm, 17/06 Ukranja v Maċedonja 3.00pm, 17/06 Olanda v Awstrija 9.00pm, 21/06 Ukranja v Awstrija 6.00pm, 21/06 Maċedonja v Olanda 6.00pm Grupp D: 13/06 Ingilterra v Kroazja 3.00pm, 14/06 Skozja v Repubblika Ċeka 3.00pm, 18/06 Kroazja v Repubblika Ċeka 6.00pm, 22/06 Repubblika Ċeka v Ingilterra 9.00pm, 22/06 Kroazja v Skozja 9.00pm Grupp E: 14/06 Polonja v Slovakkja 6.00pm, 14/06 Spanja v Żvezja 9.00pm, 18/06 Żvezja v Slovakkja 3.00pm, 19/06 Spanja v Polonja 9.00pm, 23/06 Żvezja v Polonja 6.00pm, 23/06 Slovakkja v Spanja 6.00pm Grupp F: 15/06 Ungerija v Portugall 6.00pm, 15/06 Franza v Ġermanja 9.00pm, 19/06 Ungerija v Franza 3.00pm, 23/06 Ġermanja v Ungerija 9.00pm, 23/06 Portugall v Franza 9.00
//= $special ?>