Lokali

X’se jiġri fid-djar tal-anzjani?

Mis-17 ta’ Mejju pajjiżna se jidħol fit-tielet fażi ta’ rilaxxar ta’ restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani marbuta mal-imxija tal-Covid-19. 

Minn dan il-jum iż-żjarat jistgħu jibdew ikunu twal 25 minuta, u jistgħu jsiru tliet darbiet fil-ġimgħa. B’kollox se jkunu jistgħu jmorru 2 qraba mill-istess dar. Għall-anzjani bid-dimensja jistgħu jsiru żjarat ta’ 15-il minuta kuljum.

Mit-Tnejn 24 ta’ Mejju se jinfetħu wkoll iċ-ċentru ta’ matul il-jum u se jibdew jilqgħu fihom 4 anzjani u 2 membri tal-istaff. Minn dan il-jum ukoll se jibdew ikunu organizzati l-ħarġiet għar-residenti tad-djar għar-residenti.

Għal domanda ta’ Net News il-Ministru Michael Farrugia qalilna li qed jantiċipaw li nidħlu fir-raba fażi ta’ dan ir-rilaxx f’Ġunju li ġej.

“Malli nkunu dħalna f’Ġunju, inkunu qed immorru lejn ir-4 fażi”