Fl-aħħar 24 siegħa kienu biss ħamsa l-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna filwaqt li 17-il persuna ġew iddikkjarati li fiequ mill-virus.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna, il-każijiet attivi niżlu għal 192 – l-anqas numru minn disa’ xhur ilu ‘l hawn.
Aħbar pożittiva oħra hi li dan huwa l-ħames jum konsekuttiv li fih ma kienu rrappurtati l-ebda fatalitajiet kawża tal-pandemija f’pajjiżna.
B’kollox mis-7 ta’ Marzu tas-sena l-oħra pajjiżna rreġistra total ta’ 30,469 każ tal-virus, b’29,860 persuni jfiequ mill-Covid.
//= $special ?>