Kummerċ Lokali

Appell mill-Kamra tal-Kummerċ għal trasparenza fl-aġenziji tal-impjiegi

Il-fergħa ġdida fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, it-Taqsima tal-Aġenziji tal-Impjieg, ikkundannat it-talbiet li qed jagħmlu xi aġenziji tal-impjieg għal pagamenti minn kandidatl li jkunu qed ifittxu xogħol.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li l-liġi tgħid biċ-ċar li d-Direttur tax-Xogħol  jista’ jirriffjuta applikzzjoni għal liċenzja ta’ aġenzija tal-impjieg , jew jista’ jirrevoka liċenzja eżistenti lill-aġenziji li jagħmlu dan.

Iċ-Chairperson ta’ din it-taqsima Lawrence Zammit qal li l-infurzar ta’ din il-liġi huwa fjakk u li l-għan tal-Kamra hu li jkun hemm level playingfield fis-suq. Huwa qal li l-kwalità tas-servizz mogħti lill-impjegati u lill-persuni li qed ifittxu xogħol jeħtieġ jogħla fil-kwalità.

Rapporti riċenti fil-media kixfu għadd ta’ każijiet ta’ kandidati li qed jintalbu pagamenti biex ikunu żgurati impjieg. Din hija prattika abbużiva u xxejjen ix-xogħol tajjeb li jagħmlu għadd kbir ta’ operaturi li jżommu mar-regoli.

Il-fergħa tan-negozji fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ qed tappella lill-awtoritajiet konċernati għal riżorsi aħhar fid-Dipartiment tal-Industrija u l-Impjiegi sabiex ikun żgurat infurzar aħjar, issir investigazzjoni f’każijiet ta’ abbużi simili, u għall-ħruġ ta’ lista aġġornata ta’ aġenżiji liċenzjati fil-qasam.