Lokali

Bernard Grech isellem lill-Infermieri fil-Jum Dinji ddedikat għalihom

L-Infermieri huma s-supereroj tas-soċjetà tagħna.

Għaldaqstant, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ddedikat lilhom, messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għall-ħidma tagħhom, partikolarment matul il-pandemija.

Fuq Twitter, Bernard Grech qal li jrid jara soċjetà li tapprezza aktar il-karrieri vokazzjonali, anke b’kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol u pagi.