Il-Ministru Carmelo Abela stqarr li ma jafx għaliex issejjaħ mill-aħwa Degiorgio sabiex jixhed fil-Kawża Kostituzzjonali li fetħu fil-konfront tal-Gvern, wara li dawn ġew miċħuda il-Maħfra Presidenzjali biex jikxfu dak li jafu dwar uħud mill-agħar reati li seħħu fl-aħħar snin.
Il-Ministru qal dan meta mistoqsi direttament minn Net News għalkemm ikkonferma ukoll li kien irrekuża ruħu mill-laqgħa tal-Kabinett li ddiskutiet it-talbiet għall-maħfra.
Il-Ministru Carmelo Abela mistenni jissejjaħ jixhed f’żewġ kawżi li fetħu l-aħwa Degiorgio.
Waħda hi kawża ta’ natura Kostituzzjonali fejn qed jallegaw nuqqas ta’ smigħ xieraq fejn il-Kabinett lanqas biss sema x’kellhom xi jgħidu qabel irrakkomanda li t-talba għall-maħfra tkun miċħuda.
It-tieni kawża hi waħda ta’ natura amministrattiva, fejn l-aħwa Degiorgio qed isostnu li d-deċiżjoni tal-Kabinett kienet deċiżjoni amministrattiva li tammonta għal abbuż ta’ poter u għaldaqstant għandha tiġi nulla u bla effett.
Minbarra l-Ministru Carmelo Abela, mistenni jissejjaħ ukoll fost l-oħrajn l-eks Ministru u eks Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona sabiex jixhed f’dawn iż-żewġ kawżi.
//= $special ?>