Coronavirus Lokali

COVID-19: Il-każi attivi jinżlu taħt il-200

S'issa jider li mhawn ebda każ tal-varjant Indjan f'pajjiżna

Għall-ewwel darba wara 9 xhur, il-każi attivi ta’ Coronavirus f’pajjiżna niżlu taħt il-200.

Jidher li huma 61 fil-mija dawk illi s’issa ħadu l-vaċċin f’pajjiżna. 130,000 persuna tlaqqmu b’mod sħiħ għal kontra l-Covid.

Issa huwa konfermat li minn nhar it-Tnejn li ġej l-istedina għall-vaċċin se tkun miftuħa għal kulħadd.

L-awtoritajiet f’Malta qed jgħidu li għad m’hemmx deċiżjoni dwar jekk hux se jkun meħtieġ booster jew le.