Lokali Parlament

Il-benefiċċji għandhom jitwessgħu għal iktar negozji żgħar

Arkivji

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex il-benefiċċji mil-liġi dwar in-negozji tal-familja jkunu mwessa’ iktar biex jinkludu iktar negozjanti u familji.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li fil-negozju għandu jun hemm il-kuxjenza soċjali u appella lill-gvern biex jgħin lin-negozji żgħar tal-familja f’dan il-mument diffiċli. Hu qal li hemm problema kbria ta’ nuqqas ta’ flus u inċertezza u kompla li l-għajnuna tal-gvern trid tasal fil-ħin inkella din tista’ tfisser telf ta’ impjiegi. Għalhekk il-gvern għandu ressaq il-pjan ta’ rkupru u reżiljenza kif għamlu pajjii oħra.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien grazzi għas-sħubija ta’ Malta fl-UE, li l-pajjiż qed jirċievi l-fondi u l-vaċċin mill-UE. Hu semma’ lir-raħħal li huma mwiegħda l-flus iżda għadhom ma jafux meta dawn se jieħdu l-fondi. Edwin Vassallo semma’ r-riforma fil-pitkalja li tliet xhur ilu lanqas kien jaf li se jagħmilha. Il-gvern llum qed jitlob ħlas ta’ 10% meta dawn idaħħlu l-prodotti fil-pitkalija iżda qed iwiegħdhom tnaqqis ta’ 3% mit-taxxa.

Id-deputat Nazzjonalista żied li l-gvern m’għandux jinganna lill-bdiewa u appella biex ma tinqeridx il-produzzoni tal-agrikoltura lokali biex il-pajjiż ma jiġix jiddependi minn importazzjoni fl-ikel.

Edwin Vassallo appella lill-gvern biex jassigura li l-liġijiet ikunu rilevanti għall-ħtiġijiet tan-negozji tal-familja. Il-PN qed jipproponi li iktar nies jibbenefikaw minn din il-liġi, sostna Edwin Vassallo, li ppropona li l-liġi titwessa’ biex it-trasferiment tan-negozju ma jkunx biss fil-kuntest tal-familji iżda ta’ persuni oħra fin-negozju.

Edwin Vassallo qal li l-ippjanar fil-pjan ta’ rkupru hu vitali biex in-negozji żgħar ikunu mgħejjuna. Hu kkritika lill-Ministru responsabbli li mhux iwieġeb mistoqsijiet parlamentari dwar min huma l-konsulenti fir-riforma tal-pitkalija.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2016 il-kumpanija li jħaddmu inqas minn 10 ħaddiema kienu jħaddmu 45,922 waqt li n-negozji l-oħra li jħaddmu iktar minn 10 persuni kienu ħaddmu 33,000, il-kumpaniji li jħaddmu sa 51 persuna jimpjegaw 31,000 waqt li l-kumpaniji l-kbar iħaddmu 30,000. Hemm ukoll 16,000 fis-settur tal-bejjiegħa bl-imnut.

Edwin Vassallo semma’ l-ittra li kienu bagħtu numru ta’ Soċjalisti lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat fejn kienu qalu li huma mħassba li l-PL kien imbarka fuq triq li tmur lil hinn mill-prinċipji Soċjalisti tiegħu.