Il-Gvern ghadu ma jistax jaghti raguni ghaliex baqa’ ma prezentax il-Pjan ghall-Irkupru Ekonomiku – pjan illi mieghu suppost hemm marbuta miljuni kbar li ghandhom jigu mill-UE.
Mhux talli dan il-Pjan ta’ Irkupru ghadu ma giex prezentat, talli l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri qed iserrah rasu bil-fatt li hemm pajjizi ohra li ukoll ma zammewx mad-deadline. Dan meta fil-kaz taghna, il-PM Robert Abela kien waqqaf Ministeru apposta responsabbli mill-istrategija ta’ wara l-Covid.
Il-verita’ hi …li hemm 14-il pajjiz illi diga’ prezentaw il-pjan dettaljat taghhom lill-Kummissjoni Ewropea. U meta ghafasna lil Silvio Schembri b’aktar domandi, hu infexx fi kritika partigjjana lejna, u lejn il-PN.
Ftit tal-jiem ilu, kelliem ghall-Kummissjoni Ewropea spjegalna li hekk kif pajjiż jippreżenta l-pjan tiegħu, dan imbagħad irid jiġi approvat … u eventwalment, implimentat. Hu f’dan l-istadju li mbagħad Stat Membru jibda jirċievi l-pagamenti. Pajjiżi li diġa’ pprezentaw il-pjan tagħhom diġa’ skattaw dan il-proċess. Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakja huma l-pajjiżi li ppreżentaw il-pjan ekonomiku tagħhom lill-Unjoni Ewropea fiż-żmien stipulat.
//= $special ?>