Ambjent Lokali

Inizjattiva internazzjonali dwar id-diversità bioloġika

withNature2020 huwa artwork kollaborattiv globali li se jgħaqqad komunitajiet differenti minn madwar id-dinja fil-Jum Internazzjonali għad-Diversità Bioloġika nhar it-22 ta’ Mejju.

F’attività li se tixxandar live, ritratti kbar ħafna ta’ speċi differenti ta’ pjanti u annimali li jinsabu f’riskju se jkunu qed jinħolqu b’mod viżwali f’diversi lokalitijiet. L-attività se ssir fil-5.00pm. L-attività se tkun qed tixxandar fuq YouTube u pjattaformi oħra tal-media soċjali b’diversi hashtags fosthom #withNature2020, #forNature, #collaborativeart u #seriousfun.

L-għan ta ‘ din l-inizzjattiva hija li tħeġġeġ lin-nies biex jipproteġu l-ekosistema lokali ikunu fejn ikunu, u sabiex tinħoloq attivita viżwali memorabbli li tiffoka fuq il-kwestjoni tat-telfien tal-biodiversità.

L-attivitajiet tal-bniedem qed tħedded miljuni ta’ speċi b’estinzjoni. It-teħid ta’ artijiet mill-bniedem għal dak li hu abitat selvaġġ qed iwasslu għal aktar mard infettiv, bħall-Covid-19 li għamilna konxji tal-vunnerabilità tagħna bħala speċi.

F’Malta, Birdlife Malta ul-Park tal-Majjistral ingħaqdu flimkien u qed iħeġġu lill-pubbliku biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva internazzjonali.

Aktar informazzjoni tista’ ssibha hawn.