Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur

Sewwieq ta’ mutur ta’ 44 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza.

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.30pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm inċident
tat-traffiku bejn żewġ vetturi fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fil-post u l-ewwel investigazzjonijiet indikaw li kien
seħħ impatt bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 44 sena li jgħix iż-Żejtun u karozza
Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 59 sena li jgħix il-Fgura.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.