Internazzjonali

IŻRAEL: stat ta’ emerġenza fil-belt ta’ Lod

L-Iżrael iddikkjara stat ta’ emerġenza hekk kif qed ikompli jiħrax il-kunflitt bejn forzi tal-pajjiż u militanti Palestinjani.

Wara l-irvellijiet mill-Għarab Iżraeljani, is-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora biex l-awtoritajiet kellhom jiddikkjaraw stat ta’ emerġenza fil-belt ta’ Lod.

Mat-12-il persuna sfaw mdruba fi ġlied fil-belt u karozzi ingħataw in-nar waqt il-kunflitt, bis-sindku ta’ Lod iqabbel is-sitwazzjoni ma’ gwerra ċivili.

Intant militanti Palestinjani sparaw mijiet ta’ rockets fil-qalba ta’ Iżrael li minn naħa tagħha wettqet attakk kbir mill-ajru fuq Gaza,

Fl-aħħar jiem kienu rrapurtati tal-anqas 40 vittma f’dan il-kunflitt li issa laħaq l-agħar livelli ta’ vjolenza fl-aħħar snin.