Lokali Parlament

L-iskandli jiddimotivaw lin-negozji żgħar u medji

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal fil-parlament li l-iskandli li qed jitwettqu taħt il-Gvern Laburista, fosthom dak riċenti tar-Residenza San Vinċenz de Paule, qed jiddimotivaw u jeffettwaw negattivament lin-negozji żgħar u emdji.

F’Malta n-negozji żgħar joħolqu 81% tal-valur miżjud u joħolqu wkoll 81% tal-impjiegi; perstenaġġ ogħla mir-rata tal-UE. Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà għal dawn in-negozji tkun viżibbli, sostna David Thake, li tratta l-kuntratt ta’ San Vinċenz fejn l-NAO stabilixxa li dan il-kuntratt jista’ jkun invalidu minħabba li kien hemm ksur tr-regoli.

Hu sostna li ħafna fin-negozju huma determinati li jaħdmu bi bżulija kbira u għalhekk ikunu diżappuntati meta jaraw li l-gvern ikun berbaq €274 miljun f’kuntratt li jista’ jkun mhux korrett u mhux legali fejn kien hemm infieq żejjed. Dan il-kuntratt kellu jkun €170 miljun flok €270 miljun iżda ħadd mill-gvern m’hu jerfa’ din ir-responsabbiltà.

James Cateres, waħda mill-kumpaniji involuti fil-kuntratt ta’ San Vinċenz, kien saħansitra hedded lill-NAO biex ma jagħmilx rapport fuqu u heddu li se jżommu responsabbli għad-danni. Il-pajjiż mhux jieħu valur għal flusu fil-kuntratti li qed ikunu ffirmati, sostna David Thake, li qal li dawn il-każi, flimkien ma’ dawk tal-Vitals u każi oħra, huma direttament konnessi man-negozji żgħar u medji.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta għad ma ssottomettiex il-pjan ta’ rkupru, li minnu Malta tista’ tibbenefika minn €317 miljun mill-UE. Huma biss Malta u l-Olanda li ma ppreżenatwx dan il-pjan, sostna David Thake, li kkritika l-fatt li l-gvern ma kkonusultax dwar kif għandhom jintefqu dawn il-fondi Ewropej.