Internazzjonali Mużika

L-O2 Arena terġa’ tieħu l-ħajja bil-Brit Awards

L-O2 Arena reġgħet ħadet il-ħajja wara aktar minn sena hekk kif it-Tlieta filgħaxija imtliet bil-mużika tal-artitisti nnominati għall-Brit Awards u bl-entużjażmu tal-ispettaturi li kellhom ix-xorti jattendu għal dawn l-awards.

Il-Brit Awards, li ssoltu jsiru fi Frar, u li iżda din is-sena ġew posposti kawża tal-pandemija, xorta kienu xi ftit differenti minn ta’ snin ta’ qabel.

Kantanti kbar bħal Sir Elton John u Coldplay per eżempju, m’attendewx fiżikmanet. Minflok dehru b’mod virtwali.

Madankollu dan ma naqqasx mill-entużjażmu fis-sala anke jekk din kienet mimlija biss terz tal-massimu li tesa’.

Fost ir-rebbieħa ta’ din is-sena kien hemm Dua Lupa li ħadet l-award għall-aqwa artista femminili u Billie Eilish li rebħet l-award għall-aqwa artista femminili internazzjonalis. J Hus ħa l-premju għall-aqwa artist maskili filwaqt li The Weeknd ħa l-award għall-aqwa artist maskili internazzjonali.

L-aqwa grupp Ingliż ħadha Little Mix u Watermelon Sugar ta’ Harry Styles rebħet l-award għall-aqwa single Ingliża.