Lokali

Marlene Farrugia tippreżenta liġi fil-Parlament biex l-abort f’Malta jiġi dikriminalizzat

Id-deputat indipendenti Marlene Farrugia ppreżentat abbozz ta’ liġi li jiddikriminalizza l-abort f’pajjiżna. L-abbozz ta’ liġi ġie ppreżentat fil-Parlament wara l-ħin tal-mistoqsijiet.

Marlene Farrugia qalet li kienet qed tressaq dan l-abbozz ta’ liġi bil-għan li tassigura li ebda persuna jew professjonisti fil-qasam mediku ma jiġu ddiskriminati u kkriminalizzati għall-għażla dwar is-saħħa medika tagħhom jew l-għajnuna medika lil xi persuna jew persuni oħra.

Sallum, l-abort f’pajjiżna huwa illegali.