Futbol Sport

Milan b’rebħa kbira fuq Torino…Inter jgħelbu lil Roma

Inter li huma diġa matematikament champions kisbu rebħa komda ta’ 3-1 kontra Roma. Għal inter fetaħ l iskor MARCELO BROZOVIC fil-11-il minuta, b’ MATHIAS VECINO jirdoppja fl-minuta wara pass ta’ Romelu Lukaku. Roma naqsu l-iskor fil-31 minuta permezz ta’ HENRIKH MKHITARYAN. Biex fid-90 minua ROMELU LUKAKU skorja t-tielet u l-aħħar gowl għal Inter għal skor finali ta’ 3-1.

F’partita oħra mis-Serie A Milan kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 barra minn darhom għand Torino. Għal Milan skorjaw THEO HERNANDEZ fid-19-il minuta, FRANCK KESSIE minn penalty fis-26 minuta u BRAHIM DIAZ fil-50 minuta. Ir-raba’ gowl kien skorjat għal darb’oħra minn THEO HERNANDEZ fit-62 minuta, b’ANTE REBIC jiskorja hat-trick fis-67, it-72 minuta u fid-79 minuta. B’din ir-rebħa MIlan ikkonsolidaw posthom fit-tielet b’75 punt filwaqt li Torino baqgħu fis-sittax-il post b’35 punt.

Juventus kisbu rebħa mportanti barra minn darhom kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 3-1. Għal Juventus fetaħ l-iskor ADRIEN RABIOT fit-28 minuta bi CRISTIANO RONALDO jiskorja il-mitt gowl tiegħu ma’ Juventus fil-45 minuta. Sassuolo naqqsu d-dsitakk fid-59 minuta permezz ta’ GIAOMO RASPADORI, biex fis-66 minuta din id-darba kien PAOLO DYBALA li ukoll skorja il-mitt gowl tiegħu ma’ Juventus.

SERIE A
Ilbieraħ:
 Napoli v Udinese 5-1 Illum: Cagliari v Fiorentina 0-0, Atalanta v Benevento 2-0, Bologna v Genoa 0-2, Inter v Roma 3-1, Lazio v Parma 1-0, Sampdoria v Spezia 2-2, Sassuolo v Juventus 1-3, Torino v Milan 0-7 Għada: Crotone v Verona 8.45pm