Lokali

Ordinazzjoni ta’ żewġ djakni ġodda

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djkani ġodda nhar is-Sibt li ġej, 15
ta’ Mejju 2021. Il-quddiesa se ssir fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar,
fid-9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Iż-żewġ seminaristi huma Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Jean
Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

Permezz ta’ din l-ordinazzjoni, id-djakni l-ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun
‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd. Id-djaknu jiddedika ħajtu għall-qadi bl-imħabba
fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni
tal-misteri qaddisa, l-aktar tal-Ewkaristija, jamministra s-sagrament tal-magħmudija,
jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi l-funerali.

Il-komunità tas-Seminarju tistieden lil kulħadd biex jingħaqad magħha f’mument ta’
talb li se jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Is-Seminarju tal-Arċisqof’ nhar il-Ħamis,
13 ta’ Mejju, fis-6:30pm. Il-velja se ssir fil-Bażilika ta’ San Pawl ir-Rabat u se titmexxa
mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.