Lokali

“Il-PN ma jista’ qatt ikun favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort” – Bernard Grech

Il-Partit Nazzjonalista jemmen bl-aktar mod assolut fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt u għalhekk ma jista’ qatt ikun favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort. Sostna dan il-Kap tal-PN Bernard Grech f’messaġġ li għadda fuq il-media soċjali.

Bernard Grech insista li l-PN huwa favur “li nieħdu l-miżuri meħtieġa favur is-saħħa sesswali ta’ kulħadd mingħajr ma tkun ipperikolata l-ħajja tat-tarbija kemm qabel u wara t-twelid”.

Din ir-reazzjoni uffiċjali tal-PN ħarġet wara li lbieraħ fil-Parlament ġie preżentat Private Members’ Bill biex l-abort jiġi dekriminalizzat.

Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista sa dalgħodu għadu fil-muta dwar din it-tema tant importanti.