Internazzjonali

Renju Unit: Boris Johnson iħabbar inkjesta għal kif l-Istat ‘mexxa l-pandemija’

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li esperti indipendenti għandhom imexxu inkjesta pubblika dwar kif l-Istat — u l-awtoritajiet ikkonċernati — mexxew il-miżuri għall-ħarsien tal-poplu waqt il-pandemija tal-coronavirus.

Din l-inkjesta għandha ssir fir-rebbiegħa tas-sena d-dieħla, bl-aħbar tingħata ftit tal-ħin ilu waqt li Johnson kien qed jindirizza lid-deputati tal-Parlament f’Londra.

Il-Prim Ministru Johnson qal filwaqt li l-Gvern se jkun investigat għat-tmexxija tiegħu ‘fi żmien il-Covid’, kulħadd jista’ jitgħallem minn dak kollu li għandu joħroġ mill-inkjesta –bl-eżerċizzju għandu jservi wkoll biex ‘ħadd ma jirrepeti l-iżbalji li setgħu saru fil-passat’. Sadanittant, il-Gvernijiet rispettivi tal-Iskozja u Wales mistennija jkunu konsultati dwar l-inkjesta.