Lokali

Tnejn bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 29 sena residenti r-Rabat u tfajla ta’ 17-il sena residenti Santa Venera qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienu involuti f’inċident bil-mutur li kienu rekbin fuqu,

L-inċident seħħ ilberiaħ ftit wara t-3.00pm fi Triq Buqana, r-Rabat.

Mal-wasal tagħhom fil-post, il-Pulizijz sabu lir-raġel u lit-tfajla midruba.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom irriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien
qed isuq, tat-tip Suzuki, u nqaleb. It-tfajla ta’ 17-il sena kienet ukoll miegħu fuq il-mutur.

Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.