Lokali

April tal-2021 kien imsaħħab iktar mis-snin preċedenti

Filwaqt li l-bidu tar-rebbiegħa meteoroloġika kien imdawwal ferm, April ġab miegħu temp pjuttost imsaħħab hekk kif diversi fatturi wasslu għall-formazzjoni ta’ sħab differenti, li varja bejn dak baxx u dak għoli matul ix-xahar kollu.

April, filfatt kien aktar imsaħħab min-norma klimatika, xahar li fih pajjiżna ra total ta’ 212-il siegħa xemxin. Dan huwa ħafna inqas mill-kwota tal-istess xahar li tinsab 248.7 siegħa ta’ sigħat xemxin. Dan meta kien hemm erbat ijiem sħaħ li fihom ix-xemx ma feġġitx.

Skont informazzjoni li ħarġey mill-Uffiċċju Meteoroloġiku, April li għaddha kellu numru ta’ jiem li fihom kien osservat ħafna trab fl-arja. Dan kien xahar li kien aktar xott minn dak normali. Ir-riħ f’dan ix-xahar kien ukoll aktar mis-soltu.

Fattur interessanti li joħroġ mid-dettalji ppublikati mill-Uffiċċju Meteoloġiku hu li matul Arpil li għadd, il-baħar kien aktar sħun mis-soltu/ Dan filwaqt li it-temperatura medja kienet waħda normali hekk kif immarkat 16.1 gradi celsius.