Futbol Sport

Borussia Dortmund jirbħu d-DFB Pokal

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund rebħu t-Tazza Ġermaniża (DFB Pokal) għall-ħames darba fl-istorja tal-club hekk kif fil-finali għelbu lil RB Leipzig 4-1. Bidu mill-aqwa għal Dortmund hekk kif wara biss ħames minuti marru fil-vantaġġ hekk kif wara li rċieva mingħand Mahmoud Dahoud, JADON SANCHO minn fuq ix-xellug daħal lejn in-nofs u kkonkluda fir-rokna tax-xibka għal 1-0.

Dortmund irdoppjaw fit-28 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Marco Reus, ERLIN HAALAND niżżel il-ballun qabel ma daħal fil-kaxxa u kkonkluda għal wara Gulacsi għat-tieni darba. Ftit qabel il-mistrieħ, it-tim Edin Terzic aċċerta mir-rebħa hekk kif kien għal darb’oħra Marco Reus li għadda lejn JADON SANCHO li mill-viċin ma żbaljax. Leipzig wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u naqqsu l-iskor fil-71 minuta permezz ta’ DANIEL OLMO, iżda żewġ minuti mit-tmiem, kien ERLING HAALAND li għamel l-iskor 4-1.