Sport Sport Ieħor

Conor McGregor l-aktar atleta mħallas fl-2020

Skond il-lista maħruġa mir-rivista Forbes, l-atleta tal-mixed martial arts Conor McGregor kien l-aktar atleta mħallas fl-2020, fejn tħallas €105 miljuni. McGregor għamel dħul finanzjarju ta’ aktar minn €15-il miljun fil-ġlieda kontra Dustin Poirier filwaqt li l-bqija tad-dħul finanzjarju tiegħu ġie minn bejgħ ta’ propjetà u mill-investiment tiegħu f’kumpanija tal-whiskey.

Fit-tieni u fit-tielet post klassifikaw il-player ta’ Barcelona u Juventus, Lionel Messi u Cristiano Ronaldo filwaqt li l-player tal-NFL Dak Prescott klassifika fir-raba’ post. Il-player tal-basketball LeBron James temm mal-ewwel ħamsa, bis-sewwieq tal-Formula 1 Lewis Hamilton ikun l-aktar atleta Ingliż imħallas fl-2020.