Lokali

Dehra differenti għal Destiny għat-tieni prova tal-ESC 2021

eurovision.tv

Destiny Chukunyere lestiet it-tieni prova tagħha, b’din id-darba b’dehra differenti hekk kif kif f’ritratt li tefgħet fuq il-profil ta’ Facebook tagħha hi dehret liebsa libsa differenti mill-aħħar prova għall-Eurovision Song Contest 2021.

Hi dehret liebsa libsa lewn il-fidda filwaqt li żammet il-boots roża li kienet libset mal-libsa r-roża fl-ewwel prova.

Għadu mhux ċar x’se tkun il-libsa finali li se tidher biha t-Tlieta li ġej għas-semi finali u s-Sibt ta’ wara, jekk Destiny jirnexxilha tagħmilha għall-finali mal-ewwel għaxra bil-kanzunetta ‘Je Me Casse’.

Qabel dan, Destiny se tkun qed titla’ fuq il-palk nhar it-Tnejn li ġej għal żewġ provi ġenerali, b’quddiemha se jkollha l-ġurija… provi importanti hekk kif il-ġurija għandha 50 fil-mija tal-effett fuq ir-riżultat finali.

L-aħħar libsa li kienet dehret biha fl-ewwel prova kienet qajmet kontroversja sħiħa hekk kif għal uħud intgħoġbot ħafna iżda għal oħrajn mhux daqstant. Madanakollu, kemm fl-ewwel u anke fit-tieni libsa, Destiny saħqet li hi kunfidenti fit-tnejn li huma, kif qalet f’filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali eżatt wara l-prova.

Għall-kritika li kienet saret dwar l-ewwel libsa, Destiny kienet qalet li l-libsa li ntagħżlet għal skop ta’ “empowerment” għan-nisa.

Wara l-ewwel prova ta’ Destiny, kien imbassar li Malta tilfet sew il-punti tant li ma kinitx baqgħet fl-ewwel post. Madanakollu, wara t-tieni prova, qed jerġa’ jkun imbassar li Malta se tiġi fl-ewwel post. Net News jawgura lil Destiny għall-aqwa prestazzjoni fis-semi finali biex għal darb’oħra tagħti l-prestazzjoni tagħha flimkien maż-żeffiena.

Il-kummenti ta’ Destiny hekk kif lestiet it-tieni prova:

https://www.instagram.com/p/COzn5UmHmR6/