Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura

Dalgħodu fit-8:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Bulgara ta’ 32 sena, intlaqtet minn karozza tat-tip Fiat Punto, li kienet qed tinstaq minn Norveġiża ta’ 43 sena residenti Tas-Sliema.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.