Internazzjonali

GAZA: Xita ta’ rockets u aktar vittmi innoċenti

Ma jaqta’ xejn il-kunflitt imdemmi fil-Lvant Nofsani – botta u risposta bejn Iżrael u l-Palestinjani.

Skont l-aħħar rapporti, jidher li mal-130 missila kienu sparati fuq Iżrael wara li inqatlu aktar militanti Palestinjani. Din is-sitwazzjoni ilha teskala minn nhar it-Tnejn li għadda, bil-vittmi issa jaqbżu s-70 persuna. Fost il-mejta kien hemm tifel żgħir ta’ sitt snin.

Issa l-Prim Ministru Iżraeljan qed iwiegħed li se jibgħat il-forzi militari biex jassistu lill-Pulizija fl-aktar bliet li huma dominati mill-vjolenza.