Sport Sport Ieħor

Gino Mader jirbaħ is-sitt stadju fil-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

F’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, l-Iżvizzeru Gino Mader rebaħ is-sitt stadju tal-Giro d’Italia li sar f’San Giacomo. Għal Mader din kienet l-ewwel rebħa fil-karriera professjonali tiegħu.

Ix-xita u r-riħ qawwi ddominaw tul l-istadju kollu u għamlitha aktar diffiċli għaċ-ċiklisti waqt li kienu qed jaqdfu qalb il-muntanji. Attila Valter kiseb il-flokk ir-roża u b’hekk telgħa fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali.

Begnal Gomez u Martin Daniel temmew l-istadju fit-tieni u fit-tielet post rispettivament bl-istadju ta’ għada jsir bejn Notaresco u Termoli fuq distanza ta’ 181km.