Futbol Sport

Il-partitarji ta’ Manchester United jerġgħu jipprotestaw qabel il-partita kontra Liverpool

(Ritratt: EPA)

Ftit sigħat qabel il-partita kontra Liverpool, partitarji ta’ Manchester United għal darb’oħra reġgħu ħarġu jipprotestaw quddiem Old Trafford. Din il-partita li kellha tintlagħab fit-2 ta’ Mejju kienet ġiet posposta wara li partitarji ta’ Manchester United kienu ħarġu jipprotestaw quddiem u Old Trafford u saħansitra b’uħud jidħlu fl-istadium u fid-dressing room. Intant il-players taż-żewġ timijiet waslu fl-istadium numru ta’ sigħat qabel il-partita sabiex jevitaw l-istess protesti.

F’dawn il-protesti, l-partitarji qed jitolbu r-riżenja tas-sidien tal-club, il-familja Glazers wara li kienu nvoluti ma’ ħdax-il tim ieħor fil-formazzjoni tal-European Super League.