Lokali

Jose Herrera mhux infurmat bil-kritika li saritlu

Fl-aħħar jiem, f’webinar illi sar sabiex jiġu diskussi kwistjonijiet ambjentali li qed jaffaċjaw kemm il-ġenerazzjonijiet preżenti u anke dawk futuri, il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia spjega illi hu jhossu kburi b’ dak kollu li għamel il-Ministeru tiegħu minn meta hu ngħata din l-kariga – kliem li permezz tieghu ta x’jifhem li x-xogħol li għamel il-Ministru ta’ qablu ma kienx wieħed li l-Labour jista’ jkun kburi bih.

Iżda meta saqsejna lill-Ministru Jose Herrera, dan bhal donnu kien sorpriz li Farrugia ghamel dawn it-tip ta’ stqarrijiet.

Fl-istess webinar Aaron Farrugia ta l-impressjoni li mal-ħatra tiegħu beda kapitlu gdid…. u li qabel ma sar assulutament xejn f’dan is-settur li kien immexxi minn Jose Herrera.