Sport Sport Ieħor

Kumitat Eżekuttiv ġdid għall-Malta Taekwondo Association

Il-Malta Taekwondo Association se jkollha kumitat eżekuttiv ġdid għat-tliet snin li ġejjin fejn Anna Vassallo se tkun qed tokkupa l-kariga ta’ President, Andrea Briffa Sillato bħala teżorier, Joanna Scicluna Segretarju Ġenerali, Mauro Busuttil Amministratur u Ko-ordinatur tat-tim Nazzjonali u Jerome Vassallo se jkun ir-Rappreżentant tat-tim Nazzjonali. Anna Vassallo hija wkoll membru fil-Kunsill tal-World Taekwondo Europe fejn fl-aħħar jiem kienet appuntata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali fi ħdan l-World Taekwondo Europe.

Il-Kumitat Eżekuttiv ħatar ukoll lil William Beck, Christopher Vella, Hamoun Taivar u lil Dr. Karl Micallef bħala membri fl-istess kumitat fejn se jkunu qed joffru l-assistenza tagħhom lill-assoċjazzjoni sabiex jassiguraw ambjent professjonali fejn l-atleti jkunu jistgħu jiżviluppaw.