Lokali Sport Sport Ieħor

L-MFA kostretta tagħlaq il-pixxina f’ Ta’ Qali

L-MFA ħabbret li l-pixxina f’Ta Qali se tkun magħluqa b’mod permanenti minħabba l-piż finanzjarju li din ġabet magħha waqt il-pandemija tal-COVID-19, bl-MFA tgħid li fix-xhur li ġejjin se jkun qed jitħabbar proġett li se jkun qed jiġi kkumerċjalizzat.

Il-gyms u l-pools f’Malta ilhom magħluqa sa mill-10 ta’ Marzu li għadda u mistennija jiftħu nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju.

It-triatleta Malti Fabio Spiteri f’messaġġ fuq Facebook qal li huwa ta’ dispjaċir li f’pajjiżna jiġi ssussidjat kollox minn barra l-isport, hekk kif għal aktar minn 10 snin hu kien coach ta’ bosta persuni f’din il-pixxina.

Bosta kienu dawk li kkumentaw fuq l-istess post ta’ Spiteri fejn saħqu li dan juri kemm l-isport f’pajjiżna m’huwiex qed jingħata prijorità mill-Gvern preżenti.