Lokali

“L-opinjoni tiegħi dwar l-abort niddiskutiha mal-familja u mal-ħbieb” – Ian Borg

Wara li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ma qalx x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abort, issa kien imiss lill-Ministru Ian Borg li wkoll ma jgħidx jaqbilx jew le mal-abort.

Għall-mistoqsija ta’ Net News, Ian Borg qal li l-opinjoni personali tiegħu jaqsamha biss mal-familja u l-ħbieb. Huwa qal ukoll li se jkun qed jistenna l-pożizzjoni tal-Partit Laburista qabel ma jgħid dak li jaħseb fuq dan is-suġġett tant delikat.