Futbol Sport

Rebħa rari għal Crotone

(Ritratt: EPA)

B’gowl f’kull taqsima, Crotone għelbu lil Verona fejn minkejja li sfaw relegati għas-Serie B, kkonfermaw li l-ewwel esperjenza fl-għola diviżjoni serviet biex it-tim immexxi minn Serse Cosmi immatura . Riżultat li permezz tiegħu nqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika b’punt vantaġġ fuq Parma. Wara biss żewġ minuti fl-ewwel azzjoni tal-partita Crotone marru fil-vantagg. Minn azzjoni ta’ Simy kien ADAM OUNAS li għeleb lil Ivor Pandur. Ironikament kien wkoll l-uniku gowl matul l-ewwel taqsima minkejja reazzjoni minn Verona fejn kellhom aktar pussess mill-avversarji.

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess bi Crotone jibqgħu aħjar mill-avversarji aktar ikkwotati minnhom. Fil-75 minuta meritatament irduppaw permezz ta’ JUNIOR MESSIAS minn azzjoni ta’Ounas. Bil-partita deċiża Verona naqqsu l-iskor fis-87 minuta b’auto gowl minn SALVATORE MOLINA li għeleb lil Cordaz għat 2- 1