Lokali

Tibrilla tant li tirbaħ l-OUTMusic Award 2021

eurovision.tv

Destiny illum ġiet ippremjata l-OUTMusic Award 2021 li ttella’ minn OUTtv u kien hemm iktar minn 7,500 vot.

Destiny qalet li tinsab ferm grata li ħadet dan l-unur filwaqt li qed timxi wara numru ta’ rebbieħa tal-Eurovision Song Contest passati, fosthom Lena, Loreen, Emmelie de Forest, Mans Zamerlow, Netta Barzilai u Duncan Lawrence

OUTtv hu wieħed mill-ikbar network televiżiv f’Ahoy, Rotterdam, fejn qed isir il-Eurovision ta’ din is-sena. L-istess stazzjon jimmira għal persuni LGBTQ+ li jilħaq miljuni ta’ persuni fl-Ewropa, fejn fost l-oħrajn ikun hemm programmi bħal films, dokumentarji u dawk divertenti.