Lokali

Żagħżugħ ta’ 21 sena sofra ġrieħi gravi wara inċident f’Birkirkara

Kmieni dalgħodu fis-1:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Karmnu, Birkirkara.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett irriżulta li żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Birkirakra, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, Mazda Demio, u laqat zewġ vetturi tal-għamla Suzuki Swift u Toyota Vitz li kienu pparkjati fl-imsemmija triq.

Ix-xufier ingħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ikkummenta